Il-membri żgħar tagħna qajmu l-parteċipazzjoni demokratika bħala suġġett importanti, u għalhekk din ġiet inkluża fil-Pjan ta’ Ħidma 2023-2024 tagħna.
Tfal u adoloxxenti minn madwar l-Unjoni Ewropea qalulna x’jaħsbu dwar il-parteċipazzjoni demokratika, x’jaħdem tajjeb, liema tip ta’ bidliet jixtiequ u dwar l-esperjenzi tagħhom stess.
Mingħand min smajna?
- 1,921 tifel u tifla minn 23 pajjiż tal-UE lestew stħarriġ online
- Ġew intervistati 28 tifel u tifla u tliet attivisti żgħażagħ
- 122 tifel u tifla ħadu sehem fil-gruppi fokali
- b’età ta’ bejn is-6 snin u s-17-il sena
- 60 % bniet, 38 % subien, 1 % oħrajn, 1 % ma xtaqux jgħidu
X’qalu t-tfal?
X’jixtiequ t-tfal u l-adolexxenti:
- Postijiet sikuri u inklużivi fejn jipparteċipaw u jinstemgħu
- Rwol akbar biex jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet li jaffettwawlhom ħajjithom direttament
- Aktar informazzjoni dwar id-demokrazija, kif taħdem u kif jinvolvu ruħhom
- Inkoraġġiment biex jipparteċipaw f’diskussjonijiet u fit-teħid ta’ deċiżjonijiet
- Isiru jafu aktar dwar il-votazzjoni u l-għarfien biex jgħinhom jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom stess dwar il-votazzjoni

Verżjoni animata ta’ x’qalu t-tfal
Sir promotur tad-demokrazija!
Bħala parti mill-ħidma magħmula fuq id-demokrazija, il-membri żgħażagħ tal-Pjattaforma tagħna ħolqu b’mod konġunt Sett ta’ Għodod għad-Demokrazija li jista’ jintuża fil-klassijiet madwar l-Unjoni Ewropea.
Is-sett ta’ għodod huwa gwida interattiva u divertenti għat-tfal ta’ bejn id-9 u t-13-il sena biex isiru Promoturi tad-Demokrazija u jagħmlu differenza fl-iskola jew fil-komunità tagħhom.
Jappoġġa t-tagħlim dwar il-parteċipazzjoni ċivika u jgħin lit-tfal iwettqu attivitajiet relatati mal-prinċipji demokratiċi permezz ta’ esperjenzi prattiċi.

