Is-sikurezza mill-vjolenza hija suġġett importanti għat-tfal, u l-Unjoni Ewropea tixtieq li tgħin biex titjieb il-protezzjoni tat-tfal. Għalhekk, staqsejna lit-tfal u lill-adolexxenti dwar x’jgħinhom iħossuhom aktar sikuri.
Il-kontribut tagħhom huwa rifless f’sett ta’ rakkomandazzjonijiet tal-UE biex jgħinu lill-adulti jaħdmu aħjar flimkien biex jipproteġu lit-tfal.
Mingħand min smajna?
- 1,095 tifel u tifla ta’ bejn is-7 u s-17-il sena
- minn 21 pajjiż tal-Unjoni Ewropea
- 56 % bniet, 43 % subien, 1 % oħra
X’qalu t-tfal?
- Min għandu jgħin lit-tfal?
- 63 % jippreferu jitkellmu ma’ xi ħadd wiċċ imb wiċċ (minflok online)
74 % l-ewwel imorru għand il-familja jew qraba u 68 % għand il-ħbieb
- X’għandhom bżonn it-tfal f’postijiet differenti
- L-iskola: iġjene aħjar u daqshekk bullying
- Id-dar: biżżejjed flus biex jgħixu bihom. Meta d-dar ma tkunx post sikur, huma jeħtieġu spazju sikur fejn imorru
- Wara l-iskola: aktar postijiet u attivitajiet biex jiltaqgħu soċjalment, bl-appoġġ tal-adulti
- F’postijiet pubbliċi: bandli u parks aktar sikuri u aktar dawl tat-triq
- Online: Aktar informazzjoni u taħriġ għall-adulti u għat-tfal
- L-adulti li jistgħu jgħinu
- Għalliema dedikati u empatiċi.
- Persunal addizzjonali tal-iskejjel (bħal konsulenti, assistenti soċjali, deputati, surmasti...)
- Persuna li tindokra li jkollha l-ħin biex tieħu ħsieb il-ħtiġijiet kemm fiżiċi kif ukoll emozzjonali tat-tfal
- Ġenituri tar-rispett tajbin (meta l-ġenituri ma jistgħux iżommu lit-tfal tagħhom sikuri)
- Ħbieb biex jgħinu lit-tfal isibu l-għajnuna u jħossuhom sikuri
- Professjonisti tas-saħħa li huma dħulin u jispjegaw it-trattamenti
- Il-pulizija jekk ikunu familjari u magħrufa mit-tfal
Sommarju illustrat ta’ dak li qalu t-tfal

Naħseb li l-għalliema għandhom jisimgħuna b’aktar attenzjoni għaliex għalkemm jaħsbu li għadna żgħar wisq, aħna għandna l-opinjoni tagħna u ma għandhomx jinjorawha.
Xi jridu t-tfal mill-adulti?
- Li jisimgħu aktar u aħjar
- Li l-adulti jirrispettawhom, jisimgħuhom u jeħduhom bis-serjetà
- L-adulti għandhom jippruvaw aktar biex jifhmu l-ħtiġijiet tat-tfal
- Li jinvolvuhom fid-deċiżjonijiet fid-dar, fl-iskola, fil-komunitajiet u fil-gvernijiet tagħhom
L-adulti għandhom jinkludu lit-tfal fl-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet għall-problemi tagħhom
- Li jipprovdu aktar informazzjoni
- Li jkunu jafu dwar ir-riskji u l-perikli potenzjali
- Informazzjoni u gwida dwar lil min għandhom jistaqsu għall-għajnuna u għall-appoġġ u kif jirrapportaw sitwazzjonijiet mhux sikuri
Informazzjoni ċara dwar x’jiġri wara li jitolbu l-għajnuna
- Li jipprovdu aktar għajnuna
- Regoli, limiti u miżuri ċari li jipprevjenu l-ħsara milli sseħħ
- Azzjoni rapida meta jirrealizzaw li t-tfal ma jkunux sikuri
- Li jiksbu l-għajnuna qabel ma problema ssir agħar, u aċċess għal appoġġ speċjalizzat
Li jkollhom adult wieħed fdat għall-appoġġ fuq problema
- Li jaħdmu tajjeb flimkien
- L-adulti għandhom jaqsmu l-informazzjoni u jikkomunikaw ma’ xulxin biex jgħinu fil-ħolqien ta’ ambjent protettiv
L-adulti għandhom ikunu mħarrġa kollha flimkien biex jifhmu kif jindirizzaw il-problemi tat-tfal
- Li jipproteġu s-saħħa mentali
- Ambjent miftuħ u sikur biex jiġu diskussi kwistjonijiet tas-saħħa mentali
- Aktar sensibilizzazzjoni, gwida u informazzjoni biex jiġu indirizzati kwistjonijiet tas-saħħa mentali

Kieku jien noħloq sensibilizzazzjoni dwar is-saħħa mentali, l-istress u ngħallem dwarhom fl-iskola. Ngħin lin-nies joħorġu b’soluzzjonijiet, norganizza avvenimenti. Noħloq sensibilizzazzjoni fl-attivitajiet ta’ wara l-iskola, bħal fil-ħajja barra mill-iskola. Nintroduċi xi attivitajiet fiżiċi fl-iskola.
Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni
L-ideat u l-ħtiġijiet tat-tfal għenu lill-UE tikteb rakkomandazzjonijiet dwar kif l-adulti madwar l-Ewropa jistgħu jaħdmu aħjar flimkien dwar is-sikurezza tat-tfal.

