Skip to main content
EU Children's Participation Platform

Il-Vuċijiet tat-Tfal dwar il-Bullying Ċibernetiku

L-Unjoni Ewropea ħadmet fuq Pjan ta’ Azzjoni biex tgħin biex fil-prevenzjoni tal-bullying ċibernetiku, u tappoġġa aħjar lil dawk it-tfal u l-adolexxenti affettwati minnu. 

Biex niżguraw li l-Pjan wieġeb għall-ħtiġijiet tat-tfal u għall-esperjenzi mġarrba, aħna staqsejna lit-tfal u lill-adolexxenti tal-UE (b’etajiet ta’ bejn it-12 u s-17-il sena) għall-ħsibijiet u għall-opinjonijiet tagħhom. Dan sar permezz ta’ stħarriġ online bil-lingwi kollha tal-UE f’Settembru 2025.

Mingħand min smajna?

  • 6,343 tifel u tifla u adolexxent ta’ bejn it-12 u s-17-il sena
  • mis-27 pajjiż kollha tal-UE
  • 57 % bniet, 40 % subien, 2 % oħrajn, 2 % ma qalux

 

X’qalu t-tfal?

Kif iħossuhom it-tfal fir-rigward tal-bullying ċibernetiku
  • 73 % – imdejqin
  • 65 % – imweġġgħin
  • 62 % – waħedhom jew esklużi (70 % bniet, 52 % subien)
  • 59 % – imbarazzati
Kif jiksbu l-għajnuna u l-appoġġ jekk ikunu vittmi ta’ bullying ċibernetiku
  • 62 % imorru għand ġenitur jew persuna li tindokra (67 % bniet, 56 % subien)
  • 41 % għand ħabib (46 % ta’ dawk li għandhom 17-il sena, 29 % ta’ dawk li għandhom 12-il sena)
  • 25 % għand għalliem jew membru tal-persunal tal-iskola (38 % ta’ dawk li għandhom 12-il sena, 19 % ta’ dawk li għandhom 17-il sena)
  • 14 % għand linja telefonika għall-għajnuna jew sit web ta’ appoġġ
  • 11 % ma jgħidu lil ħadd
  • 8 % ma humiex ċerti
Two round talk and idea bubbles

Aktar konsulenza biex kemm il-vittmi kif ukoll il-bullies jiġu megħjuna jifhmu x’qiegħed jiġri

Tifla: 17, ir-Rumanija

Rapport sħiħ dwar x’qalu t-tfal dwar il-bullying ċibernetiku

IDDAWNLOWDJA BL-INGLIŻ

Xi jridu t-tfal mill-adulti?

X’għandhom jagħmlu l-pjattaformi tal-media soċjali
  • 54 % tat-tfal jixtiequ li l-pjattaformi jieħdu r-rapportar bis-serjetà u jagħtu informazzjoni dwar is-segwitu
  • 39 % jixtiequ li r-rapportar ikun aktar faċli fuq l-applikazzjonijiet u fuq is-siti web
  • 39 % jixtiequ li l-pjattaformi jipprovdu appoġġ lill-vittmi tal-bullying ċibernetiku
  • 25 % jixtiequ li t-tfal ikunu involuti dwar kif il-pjattaformi jsiru sikuri
  • 12 % jixtiequ li l-pjattaformi jħallsu għal kampanji ta’ informazzjoni
     
X’għandhom jagħmlu l-iskejjel u l-ġenituri
  • 56 % tat-tfal jixtiequ li l-iskejjel ikollhom regoli ċari u konsegwenzi għall-bullying ċibernetiku (61 % bniet, 46 % subien)
  • 54 % jixtiequ li l-istudenti jitgħallmu dwar il-bullying ċibernetiku fil-klassi
  • 49 % jixtiequ appoġġ, inkluż dak psikoloġiku, għal dawk li sfaw vittma tal-bullying (58 % bniet, 36 % subien)
  • 47 % jixtiequ li l-iskejjel ikellmu lill-bullies u lill-ġenituri tagħhom
  • 45 % jixtiequ jkunu jafu li se tittieħed azzjoni jekk jirrapportaw
  • 43 % jixtiequ adulti/pari fdati ma’ min jitkellmu (49 % bniet, 34 % subien)
  • 30 % qalu li l-iskola tagħhom għandha regoli/linji gwida kontra l-bullying, 57 % ma kinux jafu, u 13 % qalu li ma kellhiex
  • 45 % kienu pparteċipaw f’xi ħaġa dwar it-twaqqif tal-bullying ċibernetiku, 32 % ma pparteċipawx, u 23 % ma kinux ċerti
Two round talk and idea bubbles

Il-persuni jiġu pprojbiti malli jippowstjaw... Il-pjattaformi għandhom jipprojbixxu/jissospendu l-kontijiet, IP, IMEI

Tifel: 14, id-Danimarka

X’se jiġri issa?

  • T1-T2 2026
    • Il-Pjan ta’ Azzjoni Kontra l-Bullying Ċibernetiku tal-Kummissjoni Ewropea ġie ppubblikat
       
    • Rapport adattat għat-tfal tar-riżultati tal-istħarriġ (bil-lingwi kollha tal-UE)
    • Feedback dwar kif intuża l-kontribut tat-tfal
    • Verżjoni tal-Pjan adattata għat-tfal


Jekk għandek bżonn l-għajnuna jew l-appoġġ: