Hawn se ssib il-fehmiet u l-opinjonijiet li t-tfal u l-adolexxenti qegħdin jaqsmu ma’ dawk li jieħdu d-deċizjonijiet tal-UE dwar suġġetti differenti. Inżidu l-vuċijiet tagħhom biex jgħinu fil-bini tal-futur tal-Ewropa!
Kull tifel u tifla għandhom xi ħaġa siewja x’jikkontribwixxu u d-dritt li jiġu kkunsidrati l-fehmiet tagħhom meta jittieħdu deċiżjonijiet li jista’ jkollhom impatt fuq ħajjithom.

Hawnhekk kollox jgħodd, kull tifel u tifla huma importanti.
X’qegħdin jgħidu t-tfal tal-UE
F’Ġunju 2025, il-membri żgħar tal-Pjattaforma minn madwar l-Ewropa ngħaqdu flimkien biex joħolqu u jippreżentaw it-tamiet, il-ħolm u l-proposti konkreti tagħhom lil dawk li jieħdu d-deċizjonijiet tal-UE permezz tas-Sejħa għal Azzjoni tagħhom.
Il-proposti għal azzjoni tagħhom koprew ħames oqsma ewlenin:
- Il-ġustizzja interġenerazzjonali
- Il-benesseri fl-iskejjel
- Naħdmu flimkien kontra l-mibegħda
- Is-sikurezza online u l-bullying ċibernetiku
- L-azzjoni klimatika

Il-membri żgħar tagħna huma involuti b’mod attiv ħafna f’kif titmexxa l-Pjattaforma, u fil-ħidma li ssir. Kull sentejn, għandna Pjan ta’ Ħidma ġdid li jistabbilixxi s-suġġetti u l-attivitajiet li għandhom jiġu koperti.
Il-kontributi għal dan il-Pjan jiġu mingħand il-membri tfal tagħna:
- matul laqgħa annwali kbira
- mill-Bord Konsultattiv
- mill-Panel tat-Tfal






