L-Unjoni Ewropea toffri bosta modi kif iż-żgħażagħ jipparteċipaw. Xi opportunitajiet huma possibbli mill-età ta’ 16-il sena, oħrajn minn 18-il sena ’l fuq.
Inti tista’ tkun ambaxxatur għal kawża li hija importanti għalik, taħdem bħala parti minn grupp biex ittejbu l-liġijiet u l-politiki tal-UE, tistudja barra mill-pajjiż, jew tingħaqad ma’ żgħażagħ minn madwar l-Ewropa kollha biex taqsam il-viżjoni tiegħek għall-futur!
Sib xi ħaġa ta’ interess għalik!

Tgħallem aktar dwar ir-rwol tal-Parlament Ewropew, iltaqa’ ma’ żgħażagħ oħrajn u semma’ leħnek fid-dibattitu politiku. Ingħaqad, ipparteċipa u skopri futur mimli opportunitajiet għaż-żgħażagħ.

Iż-żgħażagħ tal-Internet Aħjar għat-Tfal (BIK) jaħdmu maż-żgħażagħ li jgħinu biex jiġu żviluppati gwida, materjali ta’ tagħlim u ta’ kampanji dwar is-sikurezza online, u jikkontribwixxu għal proċessi ta’ teħid tad-deċiżjonijiet biex jinħoloq internet aħjar u aktar sikur.

Jirrappreżenta aktar minn 100 organizzazzjoni taż-żgħażagħ Ewropej, u jlaqqa’ miljuni ta’ żgħażagħ. Il-Forum jagħti s-setgħa liż-żgħażagħ biex jipparteċipaw b’mod attiv fis-soċjetà ħalli jtejbu ħajjithom stess u jitkellmu għad-drittijiet tagħhom.

Għandek bejn 18 u 30 sena u għandek interess li tgħin il-komunità usa’, fl-Ewropa u lil hinn minnha? Permezz tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, tista’ tagħmel xogħol ta’ volontarjat barra mill-pajjiż, waħdek jew f’tim, jew tibda proġett fil-komunità tiegħek stess.

Inti parti minn organizzazzjoni li taħdem biex issaħħaħ il-parteċipazzjoni politika taż-żgħażagħ? Tista’ tissieħeb man-network globali tal-Koorti tad-Demokrazija taż-Żgħażagħ u tgħin biex jiġi avvanzat l-involviment taż-żgħażagħ sinifikattiv u inklużiv fil-proċessi demokratiċi.

Together.eu hija komunità vibranti ta’ nies li tassew jemmnu fid-demokrazija. Ingħaqad ma’ persuni tal-istess fehma minn madwar l-Ewropa u aqsam magħhom l-għarfien, tgħallem ħiliet ġodda filwaqt li tħeġġeġ lil oħrajn jinvolvu ruħhom fid-demokrazija Ewropea.

Erasmus+ huwa l-programm tal-UE biex jappoġġa l-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport fl-Ewropa. Inti tista’ tistudja jew tagħmel traineeship barra mil-pajjiż, titgħallem ħiliet ġodda, tesperjenza kulturi ġodda u tinvolvi ruħek waqt li tkun qed tgħix f’pajjiż ieħor tal-UE.

DiscoverEU toffri biljetti tal-ferrovija liż-żgħażagħ li għandhom 18-il sena biex jesploraw id-diversità u l-wirt kulturali tal-Ewropa u jingħaqdu ma’ persuni minn madwar il-kontinent. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu darbtejn fis-sena; fir-rebbiegħa u fil-ħarifa.
