Skip to main content
EU Children's Participation Platform

Ipparteċipa fi Grupp Konsultattiv

Xi gvernijiet, kunsilli lokali jew organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ għandhom gruppi konsultattivi biex jgħinuhom jiksbu gwida u informazzjoni dwar suġġetti importanti.

Dawn x’inhuma?

Il-gruppi konsultattivi jistgħu jkunu permanenti, bħal grupp konsultattiv tat-tfal jew bord għal gvern nazzjonali li jagħti opinjonijiet dwar suġġetti differenti li jikkonċernaw lit-tfal. 

Grupp konsultattiv jista’ jkun ukoll temporanju, li jitlaqqa’ b’mod speċjali biex isiru taħditiet dwar suġġett wieħed meta tkun qed issir liġi ġdida jew ikun hemm xogħol għal żmien qasir, biex isir rapport.

Il-gruppi konsultattivi jistgħu jkunu komposti minn tfal biss, jew flimkien mal-adulti, iżda dejjem ikun hemm xi adulti biex jagħtu daqqa t’id!

Dan huwa eżempju